Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Ġunju 2010 - Mauerhofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-515/08) 1

"Kuntratt qafas multiplu 'Commission 2007' - Reklutaġġ ta' esperti fil-kuntest tal-azzjonijiet marbuta mal-għajnuna mogħtija lil pajjiżi terzi - Kompiti ta' kompetenza - Miżura tal-Kummissjoni dwar in-numru ta' ġranet fatturabbli pprovduti - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' att li jista' jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Volker Mauerhofer (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Schartmüller, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Boelaert, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ordni ta' servizz tal-Kummissjoni, tad-9 ta' Settembru 2008, li temenda l-kuntratt speċifiku 2007/146271, konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kuntrattur ewlieni responsabbli mill-proġett "Value Chain Mapping Analysis") imwettaq fil-Bożnija u l-Ħerżegovina, li tnaqqas in-numru ta' ġranet ta' xogħol maħduma mir-rikorrent, abbażi tal-kuntratt li jorbtu mal-imsemmi kuntrattur ewlieni, li dan tal-aħħar seta jiffattura lill-Kummissjoni, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Volker Mauerhofer huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C ##, ##.