Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 – Menelaus vs UASI - Garcia Mahiques (VIGOR)

(Kawża T-361/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Menelaus BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: V. Garcia Mahiques (Jesus Pobre, Spanja), F. Garcia Mahiques (Jesus Pobre, Spanja)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-konvenut mogħtija fit-23 ta’ April 2013, fil-Każ R 88/2012-2, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-11 ta’ Novembru 2011 fil-Każ 5061;

tiċħad l-appell tal-partijiet l-oħra kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-10 ta’ Novembru 2011 fil-Każ 5061;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;

f’każ li jintervjenu l-partijiet l-oħra f’din il-kawża, tikkundanna lil V. Garcia Mahiques u lil F. Garcia Mahiques għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “VIGOR” – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 386 371

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partjiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(b), flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ u deċiżjoni kkontestata annullata sa fejn din tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward ta’ ċerti prodotti fil-klassi 21 u l-kumplament tal-appell huwa miċħudMotivi invokati: ksur tar-regoli 22(4) u tar-regoli 79 sa 82 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trejdmark tal-Komunità; l-Artikolu 57(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u l-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; l-Artikolu 56(1)(b) ikkunsidra

t flimkien mal-Artikolu 41(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; u l-Artikolu 57

(2) u (3) u l-Artikolu 76(2) ikkunsidrati flimkien mar-Regoli 40 u 22 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.