Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Jannar 2012 - Stichting Het Groninger Landschap et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Het Groninger Landschap et (Haren, il-Pajjiżi l-Baxxi), Vereniging It Fryske Gea (Olterterp, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Het Drentse Landschap (Assen, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Landschap Overijssel (Dalfsen, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Het Geldersch Landschap (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Flevo-Landschap (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Het Utrechts Landschap (De Bilt, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Landschap Noord-Holland (Heiloo, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Het Zuid-Hollands Landschap (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Het Zeeuwse Landschap (Wilhelminadorp, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Het Noordbrabants Landschap (Haaren, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Het Limburgs Landschap (Lomm, il-Pajjiżi l-Baxxi); en Vereniging tot behoud van Natuurmonumenten in Nederland ('s-Graveland, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Kuypers u N. van Nuland, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla jew għall-inqas, subordinatament, tannulla sa fejn ir-rikorrenti jibbenefikaw mis-Subsidieregeling (Skema ta' sussidji), id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2011, Każ N308/2010;

tikkundana lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

Il-motivi invokati huma simili għal dawk sostnuti fil-Kawża T-15/12, Provincie Groningen et vs Il-Kummissjoni.

____________