Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Diċembru 2012 - Füller-Tomlinson vs Il-Parlament

(Kawża T-390/10 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Sigurtà soċjali - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Iffissar tar-rata ta'invalidità kkaġunata mix-xogħol - Applikazzjoni tal-iskala Ewropea ta' evalwazzjoni għal finijiet mediċi ta' ħsara għas-saħħa fiżika u mentali - Żnaturament tal-fatti - Terminu raġonevoli")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Paulette Füller-Tomlinson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-1 ta' Lulju 2010, Füller-Tomlinson vs Il-Parlament (F-97/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u bil-għan tal-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    L-appell huwa miċħud.

2)    Paulette Füller-Tomlinson għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-kawża preżenti.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.