Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2024 – ETI Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Star Foods Em (Bags (packaging) (Ornamentation for-))

(Kawża T-83/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Eskişehir, it-Turkija) (rappreżentant: A. Căvescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Star Foods Em SRL (Popești Leordeni, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea “Bags (packaging) (Ornamentation for-)” – Disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 3 438 852-0002

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1017/2023-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ nullità u ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal smigħ u tad-dritt għal rimedju xieraq.

____________