Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Frar 2011 - Lan Airlines vs UASI - Air Nostrum (LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM)

(Kawża T-194/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM - Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Lan Airlines, SA (Renca, iċ-Ċilì) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA (Manises, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Frar 2009 (Każ R 107/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Lan Airlines, SA u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Lan Airlines, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.7.2009.