Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2023 – Merlin et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laurent Merlin (Equihen-Plage, Franza) u s-27 rikorrenti l-oħra (rappreżentanti: F-C. Laprévote u F. de Bure, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, in-nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti deċiżjoni dwar l-allegata eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat abbażi ta’ informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti, jikkostitwixxi nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni;

tordna lill-Kummissjoni tieħu, f’terminu ta’ xahrejn, deċiżjoni abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 1 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku. Huma jsostnu li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu azzjoni sa fejn hija ma adottatx id-deċiżjoni prevista mill-Artikolu 4 tar-Regolament 2015/1589 wara l-eżami preliminari tal-informazzjoni trażmessa fil-kuntest tal-ilmenti indirizzati lilha mir-rikorrenti rigward għajnuna mill-Istat allegatament illegali mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi lis-sidien il-bastimenti tas-sajd.

____________

1 ĠU 2015, L 248, p. 9, rettifika fil-ĠU 2017, L 186, p. 17.