Language of document : ECLI:EU:T:2014:845





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 — Lausitzer Früchteverarbeitung vs UASI – Rivella International (holzmichel)

(Kawża T‑263/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva holzmichel — Trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti Michel u Michel POWER — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20, 85)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark ikkostitwita permezz tat-tqegħid ta’ element ħdejn trade mark oħra (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-27, 33, 39, 40, 53, 62, 63)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 45)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva holzmichel u trade marks figurattivi Michel u Michel POWER (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 86-93)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2013 (Każ R 1968/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rivella International AG u Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.