Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Eleftheriou u Papachristofi vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

(Kawża T-291/13) 1

(“Rikors għal annullament u għad-danni – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalià ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Rabta kawżali – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Andreas Eleftheriou (Dherynia, Ċipru); Eleni Eleftheriou (Dherynia); u Lilia Papachristofi (Dherynia) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-Kondizzjoni Ekonomika Speċifika konkluż fis-26 ta’ April 2013 bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), u, fit-tieni lok, talba għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim f’dan tal-aħħar u minħabba ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.A. Eleftheriou, E. Eleftheriou u L. Papachristofi huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).