Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/11) 1

(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni – Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba – Indizji suffiċjentement serji – Stħarriġ ġudizzjarju – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cementos Portland Valderrivas, SA (Pamplona, Spanja) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, A. Lamadrid de Pablo u N. Ruiz García, avukati)

Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, C. Urraca Caviedes u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Rivas, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2368 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti reletati).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cementos Portland Valderrivas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 238, 13.08.2011.