Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 – NCG Banco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: NCG Banco, SA (La Coruña, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkwalifika l-ġabra ta’ miżuri li fil-fehma tagħha jikkostitwixxu s-sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw l-investituri tal-AIEs bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi benefiċjarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jordna l-irkupru tal-għajnuna allegata;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jagħti deċiżjoni dwar il-legalità tal-kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.