Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2009 - MEDA Pharma vs UASI - Nycomed (ALLERNIL)

(Kawża T-492/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MEDA Pharma GmbH & Co. KG (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell, tad-29 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 1386/2007-4, dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bbażati fuq it-trade mark Ġermaniża Nru 1 042 583 "ALLERGODIL" kontra l-parti Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali 845 934 "ALLERNIL";

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Parti li qiegħda titlob estensjoni tal-applikazzjoni tal-protezzjoni: Nycomed GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ALLERNIL" għal prodotti fil-klassi 5 (reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea Nru 845 934)

Trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali Ġermaniż Nru 1 042 583 "ALLERGODIL" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati:

-    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma ġewx applikati b'mod korrett il-prinċipji dwar il-probabbiltà ta' konfużjoni;

-    ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 peress li hemm nuqqas ta' motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).