Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Novembru 2012 - L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/10) 

["Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Regolament (KE) Nru 607/2009 - Database E-Bacchus - Inklużjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta 'Vinohradnícka oblast' Tokaj', bis-Slovakkja bħala l-pajjiż tal-oriġini - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà"]

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: inizjalment J. Fazekas, M. Fehér u K. Szíjjártó, sussegwentement M. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima, V. Bottka u M. Vollkommer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-inklużjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta "Vinohradnícka oblast' Tokaj", li tinsab, bis-Slovakkja bħala pajjiż tal-oriġini, fir-registru elettroniku tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati mal-inbejjed (database E-Bacchus).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.