Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2009 - Arizmendi et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-440/03, T-121/04, T-171/04, T-208/04, T-365/04 u T-484/04)1

("Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Unjoni doganali - Proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu - Opinjoni motivata - Tħassir mil-leġiżlazzjoni Franċiża tal-monopolju tal-korp tal-aġenti marittimi interpreti u sewwieqa tal-bastimenti - Ksur suffiċjentement serju - Rabta kawżali)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean Arizmendi (Bayonne, Franza), u s-60 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: fil-Kawża T-440/03, J.-F. Péricaud, P. Péricaud u M. Tournois u, fil-Kawżi T-121/04, T-171/04, T-208/04, T-365/04 u T-484/04, J.-F. Péricaud u M. Tournois, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Jacqué u M. Giorgi Fort, imbagħad F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u, fil-Kawża T-121/04, X. Lewis u B. Stromsky, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-440/03: Chambre nationale des courtiers maritimes de France (Paris, Franza) (rappreżentant: J.-F. Péricaud, avukat)

Suġġett

Talba għad-danni, imressqa abbażi tal-Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 228 KE, intiża għall-kundanna tal-Komunità għall-ħlas lura tad-dannu li rriżulta mit-tħassir tal-monopolu tal-korp tal-aġenti marittimi interpreti u sewwieqa tal-bastimenti Franċiż.

Dispożittiv

Ir-rikors huma miċħud.

Jean Arizmendi u s-60 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.

Ix-Chambre nationale des courtiers maritimes de France hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

Il-Kunsill u l-Kummissjoni huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti minħabba l-intervent tax-Chambre nationale des courtiers maritimes de France.

____________

1 - ĠU C 59, 6.3.2004.