Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Marzu 2009 - Selex Sistemi Integrati S.p.A. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol)

(Kawża C-113/07 P)1

(Appell - Kompetizzjoni - HYPERLINK "http://hermes.curia.eu.int:8080/cGTi/html/CelexUrl.html?command=DocNumber&lg=fr&source=Celex&numdoc=12002E082&lg_dest=mt" Artikolu 82 KE - Kunċett ta' impriża - Attività ekonomika - Organizzazzjoni internazzjonali - Abbuż minn pożizzjoni dominanti)

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Selex Sistemi Integrati S.p.A. [rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciandone u D. Fioretti, avukati]

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol) [rappreżentanti: F. Montag u T. Wessely, Rechtsanwälte]

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2006, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni (T-155/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba għall-annullament jew għall-modifika tad-deċiżjoni tal-Kummmissjoni tat-12 ta' Frar 2004 li tiċħad l-ilment ta' Selex Sistemi dwar allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)    L-appell huwa miċħud.

2)    Selex Sistemi Integrati SpA għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u nofs l-ispejjeż tal-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol).

3)    L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 117, 26.05.2007