Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/10) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Kollokament part-time għal finijiet ta' rappreżentanza sindakali - Assenza irregolari - Tnaqqis tal-jiem tad-dritt ta' leave annwali - Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-30 ta' Novembru 2009, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-54/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Giorgio Lebedef huwa kkundannat għall-ispejjeż kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 113, 01.05.2010.