Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Meister vs UASI

(Kawża T-48/10 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Aġenti - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2008 - Deċiżjoni li tattribwixxi punti għall-proċedura ta' promozzjoni - Indikazzjoni dwar il-punti akkumulati għall-proċedura ta' promozzjoni preċedenti - Żnaturament tal-fatti - Responsabbiltà għall-ispejjeż - Appell parzjalmment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Herbert Meister (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: H. J. Zimmermann, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u G. Faedo, aġenti, assistit minn D. Waelbroeck u E. Winter, avukati)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-30 ta' Novembru 2009, Meister vs UASI (F-17/09, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Herbert Meister għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) fil-kuntest ta' din il-kawża.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.