Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Settembru 2011 - NEC Display Solutions Europe vs UASI - C More Entertainment (see more)

(Kawża T-501/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva see more - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CMORE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Munzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C More Entertainment AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' Awwissu 2008 (Każ R 1388/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn C More Entertainment AB u NEC Display Solutions Europe GmbH.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    NEC Display Solutions Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 19, 24.01.2009.