Language of document : ECLI:EU:T:2015:641





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 –
Ricoh Belgium vs Il-Kunsill

(Kawża T‑691/13)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal provvisti – Proċedura għal sejħa għall-offerti – Apparat multifunzjoni iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Trasparenza”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012) (ara l-punt 31)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tar-rikorrent li minnha ma jirriżultawx ċari r-raġunijiet taċ-ċaħda tal-offerta u li ma tiċċarax biżżejjed il-karatteristiċi u l-vantaġġi tal-offerta magħżula – Motivazzjoni insuffiċjenti (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 161(3)) (ara l-punti 32-34, 37-40, 42, 43, 47, 58‑67)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula kif ukoll isem l-offerent li ngħata l-kuntratt – Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tipprovdi analiżi komparattiva dettaljata tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent li ma ntgħażilx – Assenza (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 161(3)) (ara l-punt 41)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa minnha fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għal offerti UCA 034/13, li tirrigwarda x-xiri jew il-kiri ta’ apparat multifunzjoni (MFP) iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni, fil-bini użat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU 2013/S 83-138901), li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-offerta sottomessa minn Ricoh Belgium NV fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti UCA 034/13, li tirrigwarda x-xiri jew il-kiri ta’ apparat multifunzjoni (MFP) iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni, fil-bini użat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, hija annullata f’dak li jirrigwarda l-lott Nru 4.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.