Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2010 - LG Electronics vs UASI (DIRECT DRIVE)

(Kawża T-561/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea t'Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 1027/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "DIRECT DRIVE" għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8797052

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni trade marks Komunitarji u reġistrazzjonijiet nazzjonali preċedenti, kif ukoll applikazzjoni nazzjonali.

____________