Language of document : ECLI:EU:T:2008:87





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ April 2008 – PKK vs Il-Kunsill

(Kawża T-229/02)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament – Motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Rikors kontra att implementat jew imħassar (Artikolu 233 KE) (ara l-punti 48-51)

2.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet issuspettati b’attivitajiet terroristiċi – Rekwiżiti minimi (Artikolu 253 KE; Pożizzjoni komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4) u (6), Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001) (ara l-punti 62-64)

3.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni matul il-proċedura kontenzjuża – Inammissibbiltà (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 68-70)

Suġġett

Minn naħa, annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/460/KE, tas-17 ta’ Ġunju 2002, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/334/KE (ĠU L 160, p.26) u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/460/KE, tas-17 ta’ Ġunju 2002, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/334/KE hija annullata safejn din tirrigwarda l-Kurdistan Workers’ Party (PKK).

2)

Il-Kunsill huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn Osman Ocalan, f’isem il-Kurdistan Workers’ Party (PKK) quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.