Language of document : ECLI:EU:T:2014:861

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

8 ta’ Ottubru 2014

Kawża T‑529/12 P

Moises Bermejo Garde

vs

Il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew (KESE)

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ħatra f’pożizzjoni ta’ direttur – Irtirar tal-kandidatura tar-rikorrent – Ħatra ta’ kandidat ieħor – Talbiet għal annullament – Annullament fl-ewwel istanza tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat għal nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att – Assenza ta’ risposta espliċita għall-motivi u għall-argumenti kollha fformulati mill-partijiet – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Inammissibbiltà tat-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet meħuda abbażi tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat – Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għad-danni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Kawża fi stat li tiġi deċiża – Ċaħda tar-rikors”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L‑Ewwel Awla), tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F‑51/10), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F‑51/10), hija annullata sa fejn ċaħdet it-talba għad-danni tar-rikorrent mingħajr motivazzjoni. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. It-talba għad-danni fformulata minn Moises Bermejo Garde quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku hija miċħuda. Moises Bermejo Garde għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati ma’ din l-istanza. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u kemm mal-istanza preżenti kif ukoll l-ispejjeż ta’ Moises Bermejo Garde sostnuti fl-ewwel istanza.

Sommarju

1.      Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti – Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u Anness I, Artikolu 7(1))

2.      Proċedura ġudizzjarja – Motivazzjoni tas-sentenzi – Portata – Obbligu li tittieħed deċiżjoni dwar l-aggravji u l-argumenti kollha fformulati mill-partijiet – Assenza

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u Anness I, Artikolu 7(1))

1.      Meta sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma tippermettix lill-persuna kkonċernata li ssir taf ir-raġunijiet li minħabba fihom l-imsemmi Tribunal ma laqax l-argumenti invokati insostenn tat-talba għad-danni u lill-Qorti Ġenerali li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, għandu jiġi konkluż li jkun twettaq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bis-saħħa tal-Artikolu 7(1) tal-Anness I tal-istess statut.

(ara l-punti 46 u 47)

2.      Minħabba l-ekonomija tal-ġudizzju u sabiex jiġi osservat il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, il-qorti tal-Unjoni tista’ tiddeċiedi fuq appell, mingħajr ma jkollha neċessarjament tieħu deċiżjoni dwar l-aggravji u l-argumenti kollha fformulati mill-partijiet.

Tali konstatazzjoni tapplika iktar u iktar fil-każijiet fejn il-qorti tal-Unjoni tiddeċiedi li l-awtur tal-att ikkontestat kien nieqes mill-kompetenza. Fil-fatt, il-vizzju tan-nuqqas ta’ kompetenza, iċċitat fl-ewwel lok fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, għandu impatt fuq il-bażi stess u, għalhekk, fuq il-ġustifikazzjoni tal-eżistenza tal-att ikkontestat. Għaldaqstant, sa fejn att adottat minn awtur nieqes mill-kompetenza ma jistax jidher fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, il-kontenut tiegħu għandu bħala prinċipju importanza żgħira.

(ara l-punti 54 u 55)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 26 ta’ Frar 2002, Il‑Kunsill vs Boehringer, C‑23/00 P, Ġabra. p. I‑1873, punt 52