Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta̕ Mejju 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla il-korrezzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, il-korrezzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u l-korrezzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali ESPO/AD/179/10, ippubblikati fil-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 82 A, tal-21 ta’ Marzu 2013.

konsegwentement, tannulla l-avviżi korretti.

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili ta’ dawk diġà ċċitati fil-Kawża T-275/13, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni.