Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2023 – Laura Food vs EUIPO - Bella Tawziaa II (Thé Vert de Chine AL ASSAD HBOUB R3505 Chaara 4011)

(Kawża T-541/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laura Food Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bella Tawziaa II SLU (Marbella, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “Thé Vert de Chine AL ASSAD HBOUB R3505 Chaara 4011” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 239 841

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 2017/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ l-appell u tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, jekk kien il-każ, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________