Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2012 - Il-Kummissjoni vs Liotti

(Kawża T-167/09 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni 2006 - Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni - Applikazzjoni koerenti u konkreta tar-regoli ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u K. Herrmann, aġenti)

Appellat: Amerigo Liotti (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-17 ta' Frar 2009, Liotti vs Il-Kummissjoni (F-38/08, li għadha ma ġiex ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Amerigo Liotti fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009.