Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2012 - A. Loacker vs UASI - Editrice Quadratum (QUADRATUM)

(Kawża T-42/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali QUADRATUM - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LOACKER QUADRATINI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)( b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: A. Loacker SpA (Auna di Sotto, l-Italja) (rappreżentanti: V. Bilardo, C. Bacchini u M. Mazzitelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Sempio, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Editrice Quadratum SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pezzoi, P. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Ottubru 2008 (Każ R 34/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn A. Loacker SpA u Editrice Quadratum SpA.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    A. Loacker SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009.