Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2012 - Automobile Association vs UASI - Duncan Petersen Publishing (Folders)

(Kawża T-508/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Automobile Association Ltd (St. Helier, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Walker, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Duncan Petersen Publishing Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Settembru 2012, fil-Każ R 172/2011-3, u tirrinvija l-kawża lill-UASI għar-rikunsiderazzjoni; u

tordna lill-UASI tħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn għal prodott "folders" - Disinn Komunitarju Nru 1121404-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-rikorrenti talbet l-invalidità tad-DKR abbażi tal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002;

ksur tal-Artikolu 8(2) flimkien mal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002; u

ksur tal-Artikolu 25(1)(a) flimkien mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.

____________