Language of document : ECLI:EU:T:2018:726





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 –
Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-419/18 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Euro Interbank Offered Rates (Euribor) – Euro Interest Rate Derivatives (EIRD) – Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni li tinsab f’deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ fumus boni juris”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji – Evalwazzjoni fil-kontenzjuż tal-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali – Kundizzjoni relatata mal-fumus boni juris mhux issodisfata

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 13‑16, 20‑23, 26, 30)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4) u (5))

(ara l-punti 18, 19)

3.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Sigriet professjonali – Determinazzjoni tal-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali – Kriterji – Interessi, li jistgħu jiġu leżi bl-iżvelar tal-informazzjoni, denji ta’ protezzjoni – Ibbilanċjar tal-interess ġenerali mat-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni u tal-interessi leġittimi li jopponu l-iżvelar – Interess ta’ impriża li ma tiġix żvelata ċerta informazzjoni dwar l-aġir tagħha – Interess li ma jixraqlu ebda protezzjoni speċifika fir-rigward tal-impriżi li pparteċipaw fi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artkoli 7, 23, 28 u 30)

(ara l-punti 34‑36, 38, 39)

4.      Kompetizzjoni – Multi – Deċiżjoni li timponi multi – Kontenut – Opportunità tal-inklużjoni ta’ konstatazzjonijiet fattwali – Evalwazzjoni mill-Kummissjoni

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

(ara l-punt 37)

5.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Sigriet professjonali – Determinazzjoni tal-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali – Informazzjoni storika – Esklużjoni – Informazzjoni li ma tistax titqies li hija sigrieta jew kunfidenzjali

(Artikoli 101 TFUE u 339 TFUE)

(ara l-punt 49)

6.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu kkawżat mill-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni matul proċedura fil-qasam tal-kompetizzjoni – Kawża determinanti tad-dannu li tinsab fil-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u mhux fl-iżvelar ta’ informazzjoni li tkun tista’ sservi ta’ prova f’kawża għad-danni kontra min huwa responsabbli għall-ksur – Interess min-naħa ta’ din il-persuna responsabbli għan-nuqqas ta’ żvelar li ma jiġġustifikax il-protezzjoni provviżorja

(Artikoli 15 TFUE, 101(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 30; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/104, Artikolu 5(5))

(ara l-punti 51-54)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għal sospensjoni mill-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2743 finali tas-27 ta’ April 2018 dwar l-oġġezzjonijiet imqajma minn Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank fir-rigward tal-iżvelar ta’ informazzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tagħha, konformement mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat‑13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro (EIRD)) u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata toqgħod lura milli tippubblika verżjoni tad-Deċiżjoni tagħha C(2016) 8530 finali tas‑7 ta’ Diċembru 2016 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro (EIRD)) li tinkludi elementi allegatament kunfidenzjali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.