Language of document : ECLI:EU:C:2017:309

Kawża C‑620/15

A-Rosa Flussschiff GmbH

vs

Union de recouvrement des cotisations de sécurité sociale et d’allocations familiales d’Alsace (Urssaf)uSozialversicherungsanstalt des Kantons Graubünden

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour de cassation (Franza))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ħaddiema migranti – Sigurtà soċjali – Leġiżlazzjoni applikabbli – Regolament (KEE) Nru 1408/71 – Article 14(2)(a) – Regolament (KEE) Nru 574/72 – Punt 1a tal-Artikolu 12a– Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera – Persunal li jinnaviga – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru ieħor – Fergħa Svizzera – Ċertifikat E 101 – Valur probatorju”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ April 2017

1.        Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment tal-persuna li timpjega – Ċertifikat E 101 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment – Valur probatorju fir-rigward tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri l-oħra – Limiti – Obbligu ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-każ ta’ dubji maħruġa minn istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor – Proċedura ta’ konċiljazzjoni quddiem il-kummissjoni amministrattiva ta’ sigurtà soċjali fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim – Proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligufil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim

(Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 259 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikolu 14(2)(a) u Nru 574/72, Punt 1a tal-Artikolu 12a

2.        Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment tal-persuna li timpjega – Ċertifikat E 101 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment – Valur probatorju fir-rigward tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri l-oħra kif ukoll tal-qrati ta’ dawn tal-aħħar – Kundizzjonijiet tal-attività ta’ ħaddiem li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament Nru 1408/71 – Assenza ta’ effett

(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikolu 14(2)(a) u Nru 574/72, Punt 1a tal-Artikolu 12a)Ara t-test tad-deċiżjoni.

1.      Ara t-test tad-Deċiżjoni

(ara l-punti 40 sa 46)

2.      punt 1a tal-Artikolu 12atar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat E 101 maħruġ mill-istituzzjoni stabbilita mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata mir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, jorbot kemm l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih twettaq ix-xogħol kif ukoll il-qrati ta’ dan l-Istat Membru, anki jekk jiġi kkonstatat minn dawn tal-aħħar li l-kundizzjonijiet tal-attività tal-ħaddiem ikkonċernat manifestament ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1408/71.

Fil-fatt, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeterminat, permezz tal-ġurisprudenza tagħha, li l-proċedura li għandha tiġi segwita għar-riżoluzzjoni tat-tilwim possibbli bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati dwar il-validità jew l-eżattezza ta’ ċertifikat E 101, l-istituzzjonijiet tal-Istati għandhom japplikaw ir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72, inkluża l-Konfederazzjoni Svizzera, konformement mal-Ftehim KE-Svizzera, għandhom josservaw din il-proċedura, anki jekk jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet tal-attività tal-ħaddiema kkonċernati ma taqax manifestament fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-dispożizzjoni li abbażi tagħha inħareġ iċ-ċertifikat E 101.

(ara l-punti 53, 61 u d-dispożittiv)