Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/06)1

[“Fond ta’ Koeżjoni – Regolament (KE) Nru 1164/94 – Proġetti ta’ infrastruttura ambjentali mwettqa fit-territorju tal-Cataluña (Spanja) – Tneħħija parzjali tal-għajnuna finanzjarja – Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal xogħlijiet – Kriterji ta’ għoti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Offerta anormalment baxxa – Eliġibbiltà tal-infiq – Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji – Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 – Proporzjonalità”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, sussegwentement A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5105, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni lil tmien proġetti mwettqa fit-territorju tal-Komunità awtonoma tal-Cataluña (Spanja).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll da

wk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.