Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/06) 1

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għall-offerti dwar is-servizzi ta' assistenza favur sistema ta' reġistrazzjonijiet stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/87/KE - Rifjut ta' offerta ta' offerent - Deċiżjoni ta' assenjazzjoni lil offerent ieħor - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Talba għad-danni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Min-naħa waħda, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Ottubru 2006, li tiċħad l-offerta ippreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta' sejħa għal offerti dwar is-servizzi ta' assistenza favur sistema ta' reġistrazzjonijiet, stabbilita skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003 tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32), ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet Komunitarji indipendenti (CITL), il-manutenzjoni teknika u l-għajnuna lill-utenti (ĠU 2006, S 102), kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tassenja l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 42, 24.2.2007.