Language of document : ECLI:EU:T:2008:484





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/06)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Sejħa għal offerti dwar is-servizzi ta’ assistenza għas-sistema ta’ uffiċċji ta’ reġistrazzjonijiet stabbilita skont id-Direttiva 2003/87/KE – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Deċiżjoni ta’ għoti lil offerent ieħor – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Talba għad-danni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, ta’ ċaħda ta’ offerta (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummssjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(2) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 149(3)) (ara l-punti 47-50, 99, 100, 106, 107, 110, 111)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punt 64)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza sabiex tiġi ggarantita sistema ta’ kompetizzjoni mhux distorta (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 89(1)) (ara l-punti 82-86)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ottubru 2006, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar is-servizzi ta’ assistenza għas-sistema ta’ uffiċċji ta’ reġistrazzjonijiet, stabbilita skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32), ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet (CITL), il-manutenzjoni teknika u l-għajnuna lill-utenti (ĠU 2006, S 102), kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.