Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Settembru 2009 - ETF vs Landgren

(Kawża T-404/06)1

("Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal terminu indefinit - Deċiżjoni ta' tkeċċija - Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Ġurisdizzjoni sħiħa - Kumpens fi flus")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Fondation européenne pour la formation (ETF) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Appellata: Pia Landgren (Revigliasco, l-Italja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (seduta plenarja) tas-26 ta' Ottubru 2006, Landgren vs ETF (F-1/05, ĠabraSP p. I-A-1-123 u II-A-1-459), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Fondation européenne pour la formation (ETF) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Pia Landgren fil-kuntest ta' din l-istanza.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 42, 24.02.2007.