Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-31 ta' Marzu 2009 - ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/06)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Komunitarju ta' travi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetenza tal-Kummissjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Preskrizzjoni - Drittijiet tad-difiża")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Luxembourg SA, li qabel kienet Arcelor Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); ArcelorMittal Belval & Differdange SA, li qabel kienet Arcelor Profil Luxembourg SA (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu); u ArcelorMittal International SA, li qabel kienet Arcelor International SA (il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Vandencasteele, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u F. Arbault, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5342 finali, tat-8 ta' Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] li tikkonċerna akkordji u prattiki miftiehma li jinvolvu produtturi Ewropej ta' travi (Każ COMP/F/38.907 - Travi tal-azzar)

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5342 finali, tat-8 ta' Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] li tikkonċerna akkordji u prattiki miftiehma li jinvolvu produtturi Ewropej ta' travi (Każ COMP/F/38.907 - Travi tal-azzar), hija annullata safejn tikkonċerna ArcelorMittal Belval & Differdange SA u ArcelorMittal International SA.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala infondat.

3)    Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta' ArcelorMittal Belval & Differdange u ArcelorMittal International, safejn il-kawża

tirrigwarda dawn il-partijiet.

4)    ArcelorMittal Luxembourg SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni, safejn il-kawża tirrigwarda dawn il-partijiet.

____________

1 - ĠU C 42, 24.2.2007.