Language of document : ECLI:EU:T:2012:417





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2012 – L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑394/06)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Clearance tal-kontijiet — Infiq eskluż mill-finanzjament — Irregolaritajiet jew negliġenzi imputabbli lill-awtoritajiet jew korpi tal-Istati Membri — Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 u Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 — Dewmien eċċessiv fl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-komunikazzjonijiet trażmessi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 595/91 — Terminu raġonevoli”

1.                     Rikors għal annullament — Att ikkontestat — Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 43)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Terminu għall-produzzjoni tal-provi — Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Kamp ta’ applikazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(1) u 66(2)) (ara l-punt 45)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Elaborazzjoni ta’ motiv eżistenti — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 48)

4.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 595/91, Artikolu 5(2)) (ara l-punti 60, 62, 63, 68, 69)

5.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Obbligu ta’ diliġenza tal-Istati Membri fl-irkupru tal-ammonti mħallsa irregolarment — Portata (Artikolu 10 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 8 u Nru 1258/99, Artikolu 8) (ara l-punti 82-84)

6.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Obbligu ta’ diliġenza tal-Istati Membri fl-irkupru tal-ammonti mħallsa irregolarment — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq it-tul tal-proċeduri mibdija quddiem il-qrati nazzjonali mill-operaturi ekonomiċi — Inammissibbiltà — Applikazzjoni effettiva mill-Istat Membru tad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-irkupru — Fatt li ma jistabbilixxix id-diliġenza (Artikolu 10 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 8, u Nru 1258/99, Artikolu 8) (ara l-punti 85, 91, 92)

7.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Artikolu 10 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 8 u Nru 1258/99, Artikolu 8) (ara l-punti 89, 90, 193)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/678/KE, tat-3 ta’ Ottubru 2006, dwar il-konsegwenzi finanzjarji li għandhom jiġu applikati, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, f’ċerti każijiet (ĠU L 278, p.24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.