Language of document : ECLI:EU:T:2008:208





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2008 – Dow AgroSciences vs EFSA

(Kawża T-397/06)

“Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Direttiva 91/414/KEE – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 451/2000, Artikolu 8(7); Direttiva tal-Kunsill Nru 91/414) (ara l-punti 40-41, 46-47)

2.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità – Natura inċidentali – Rikors prinċipali inammissibbli (Artikolu 241 KE) (ara l-punti 63-64)

3.                     Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)) (ara l-punti 69-71, 73-74)

4.                     Proċedura – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 64(3)(d) u (4)) (ara l-punti 78-80)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-opinjoni tal-EFSA tat-28 ta’ Lulju 2006, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza attiva haloxyfop-R skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu subit

Dispożittiv

1)Ir-rikors huwa miċħud.

2)Dow AgroSciences Ltd, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.