Language of document : ECLI:EU:T:2014:56





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Frar 2014 — Mega Brands vs UASI – Diset (MAGNEXT)

(Kawżi T‑604/11 u T‑292/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattiva MAGNEXT u verbali MAGNEXT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16-18, 31)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva MAGNEXT u trade mark verbali MAGNEXT — Trade mark verbali MAGNET 4 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 29, 33-35)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 21)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1695/2010‑4) u tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 1722/2011‑4), dwar żewġ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset, SA u Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑604/11 u T‑292/12 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Fil-Kawża T‑604/11, id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-27 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1695/2010‑4) hija annullata.

3)

Fil-Kawża T‑604/11, il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Fil-Kawża T‑292/12, ir-rikors huwa miċħud.

5)

Fil-Kawża T‑604/11, l-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

6)

Fil-Kawża T‑292/12, Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.