Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2009 - Fédération Internationale des Logis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kwadru ta' lewn aħdar)

(Kawża T-282/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale des Logis (Pariġi, Franza) (rappreżentant: B. Brisset, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fit-22 ta' April 2009 fil-Każ R 1511/2008-1 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta kwadru ta' lewn aħdar għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 43 u 44 - Applikazzjoni Nru 6 468 789

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li r-rappreżentazzjoni ta' kwadru bil-ġnub konvessi ta' lewn aħdar partikolari u speċifiku hija distintiva fir-rigward tal-prodotti u servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, sa fejn dawn l-elementi jagħtu lit-trade mark dehra partikolari għal dawn il-prodotti u servizzi.

____________