Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Mejju 2007 - Bracke vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-123/05)

(Uffiċjali - Kompetizzjonijiet - Kompetizzjoni interna - Kriterji ta' ammissjoni - Avviż ta' kompetizzjoni - Kriterju relatat ma' l-anzjanità fis-servizz - Persunal temporanju - Artikolu 27 ta' l-Istatut - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta' non diskriminazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marc Bracke (Etterbreeck, il-Belġju) (rappreżentant: P. Bruwier, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios)

Suġġett tal-Kawża

Minn naħa, l-inapplikabbiltà, skond l-Artikolu 241 KE, tal-punt III.1 ta' l-avviż ta' kompetizzjoni COM/PC/04 minħabba ksur tal-prinċipju ta' non diskriminazzjoni, u min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-AIPN li tiċħad ir-reklutaġġ tar-rikorrent, kif ukoll ta' l-atti adottati bħala riżultat ta' din id-deċiżjoni, minħabba li hija tikser l-Artikolu 27 ta' l-Istatut, il-prinċipju ta' non diskriminazzjoni, il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, il-prinċipju ta' indipendenza tal-bord, il-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi u minħabba li hija tibbaża ruħha fuq dispożizzjoni illegali tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________