Language of document : ECLI:EU:T:2024:100

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Uniwersytet Wrocławski vs REA

(Kawża T-137/16) 1

(“Rikors għal annullament – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Nuqqas ta’ rappreżentanza minn avukat – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Uniwersytet Wrocławski (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentanti: D. Dubis, avocat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn M. Le Berre u G. Materna, avukati)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tar-REA, li aġixxiet b’delega tal-Kummissjoni Ewropea, li jiġi xolt il-ftehim ta’ sussidju Cossar (Nru 252908) u li r-rikorrenti tiġi obbligata tirrimborsa l-ammonti ta’ EUR 36 508.37, ta’ EUR 58 031.38 u ta’ EUR 6 286.68 kif ukoll tħallas danni li jammontaw għal EUR 5 803.14 u, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ħlas lura mir-REA tas-somom korrispondenti bl-interessi kkalkolati mid-data tal-ħlas sad-data tal-ħlas lura.

Dispożittiv

Ir-rikors fil-Kawża T-137/16 huwa miċħud bħala inammissibbli.

L-Uniwersytet Wrocławski għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA).

____________

1 ĠU C 200, 6.6.2016.