Language of document : ECLI:EU:T:2013:599





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2013 — CSF vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑337/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi u tal-ħaddiema sabiex jiġu indirizzati r-riskji li jirriżultaw mill-użu ta’ magni — Miżura adottata mill-awtoritajiet Daniżi li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u għall-ġarr ta’ materjal li ma għandux struttura ta’ protezzjoni adatta — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-miżura ġġustifikata –Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-23)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi sostnuti minn provi dokumentali ddettaljati — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew tibdel irrevokabbilment il-pożizzjoni tagħha fis-suq (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 31, 41-43, 45, 53)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrent (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/42, Artikolu 11) (ara l-punti 32, 37, 39)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/173/UE, tat-8 ta’ April 2013, dwar miżura adottata mid-Danimarka skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal (ĠU L 101, p. 29).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.