Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża T-65/14) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Iffriżar tal-fondi – Reġistrazzjoni ġdida ta’ isem ir-rikorrenti wara l-annullament tar-reġistrazzjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali – Żball ta’ liġi – Żball ta’ fatt – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Refah Kargaran (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux, M. Bishop u B. Driessen, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament tad-Deċiżjoni 2013/661 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1154/2013 sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti mill-20 ta’ Jannar 2014.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bank Refah Kargaran għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 135, 05.05.2014.