Rikors ippreżentat fis-27 ta' Jannar 2009 - Hipp & Co vs UASI - Nestlé (Bebio)
(Kawża T-41/09)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hipp & Co (Sachseln, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Kinkeldey, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sociéte des Produits Nestlé, S.A. (Vevey, l-Iżvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 1790/2007-2; u
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Hipp & Co
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "Bebio", għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark internazzjonali rreġistrata bin-Numru 187 436 tat-trade mark verbali "BEBA" għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30; it-trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Numru 3 043 387 tat-trade mark verbali "BEBA" għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati
____________