Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2009 - A. Loacker SpA vs UASI - Editrice Quadratum (QUADRATUM)

(Kawża T-42/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: A. Loacker SpA (Renon, l-Italja) (rappreżentanti: V. Bilardo, C. Bacchini, M. Mazzitelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Editrice Quadratum SpA (Milan, L-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Editrice Quadratum SpA.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "Quadratum", applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4653481, għal prodotti fil-klassi 30.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Komunitarja "LOACKER QUADRATINI" għal prodotti fil-klassi 30.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell imressaq mill-applikant tat-trade mark milqugħ.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) kif ukoll tal-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________