Language of document : ECLI:EU:T:2008:74





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Marzu 2008 – Maison de l’Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/03)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Marka ‘info point Europe’ – Rimarki ta’ aġent tal-Kummissjoni li jikkonċernaw ir-rikorrenti”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali (It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 20, 46-47)

2.                     Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Rispett tad-dinjità tal-kariga – Portata (Regolament tal-Persunal, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 12) (ara l-punt 33)

3.                     Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Atti li jistgħu jippreġudikaw id-dinjità tal-kariga (Regolamenti tal-Persunal, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 12) (ara l-punti 37-39)

4.                     Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Obbligi – Rispett tas-sigriet professjonali – Portata (Artikolu 287 KE) (ara l-punti 40-45)

Suġġett

Talba għal kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba rimarki magħmula mill-aġent tal-Kummissjoni f’Marsilja, waqt il-laqgħa tat-23 ta’ Jannar 2003.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Maison de l’Europe Avignon Méditerranée għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.