Language of document : ECLI:EU:T:2007:318





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tal-25 ta’ Ottubru 2007 – Riva Acciaio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/03)

“Akkordji – Produtturi ta’ vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ l-Artikolu 65 KEFA – Deċiżjoni bbażata fuq it-Trattat KEFA wara l-iskadenza ta’ l-imsemmi Trattat – Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni”

1.                     KEFA – Akkordji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur ta’ l-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza ta’ l-imsemmi Trattat (Artikolu 65(1), (4) u (5) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikoli 3 u 15(2)) (ara l-punti 55, 57, 72-73, 77)

2.                     KEFA – Akkordji – Kompetenza tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 65(4) u (5) KEFA li tikkonstata u tippenalizza ksur ta’ l-Artikolu 65(1) KEFA – Tmiem ta’ eżistenza fl-iskadenza tat-Trattat KEFA (Artikoli 65(1),(4) u (5) u 97 KEFA; Artikolu 305(1) KE; Trattat li jgħaqqad) (ara l-punti 89-92, 94, 96)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta’ Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta’ Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit), hija annullata fir-rigward ta’ Riva Acciaio SpA.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Riva Acciaio.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.