Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ottubru 2007 - Riva Acciaio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/03)1

("Akkordji - Produtturi ta' vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 65 KEFA - Deċiżjoni bbażata fuq it-Trattat KEFA wara l-iskadenza ta' l-imsemmi Trattat - Inkompetenza tal-Kummissjoni")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Riva Acciaio SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Pappalardo, M. Merola, M. Pappalardo u F. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u A. Whelan, bħala aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: I Braguglia u M. Fiorilli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta' Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 - Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta' Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 - Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit), hija annullata fir-rigward ta' Riva Acciaio SpA.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Riva Acciaio.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 101, 26.04.2003.