Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Appelrath-Cüpper vs UASI

(Kawża T-60/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva AC – Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE u Komunitarji figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE OCEAN u AC ANN CHRISTINE INTIMATE – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schumann u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: M. Hartmann, N. Voß u S. Fröhlich, avukati)

SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG u Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH.DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4) hija annullata sa fejn hija tilqa’ parzjalment l-oppożizzjoni magħmula minn Ann Christine Lizenzmana

gement GmbH & Co. KG. L-UASI għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH.Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll

nofs l-ispej

jeż sostnuti minn Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 101, 6.4.2013