Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2013 - dm-drogerie markt vs UASI - Semtee (CALDEA)

(Kawża T-26/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u B. Beinert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Semtee (Escaldes Engornay, Andorra)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Ottubru 2012, (appell relatat mal-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru R-2432/2011-1) u, bħala korrezzjoni, tħassar l-applikazzjoni għal trademark tar-rikorrenti;

sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Ottubru 2012, (appell relatat mal-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru R-2432/2011-1) u, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni;

sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Ottubru 2012, (appell relatat mal-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru R-2432/2011-1).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CALDEA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 35, 37, 42, 44 u 45 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 264 433

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 894 004 b'effett inter alia fl-Unjoni Ewropea għal prodotti fil-klassi 3, 5 u 8

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________