Language of document : ECLI:EU:T:2009:409





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2009 – Aldi Einkauf vs UASI – Goya Importaciones y Distribuciones (4 OUT Living)

(Kawża T-307/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 4 OUT Living – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Living & Co – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja ‑ Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja ‑ Raġunijiet relattivi għal rifjut ‑ Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ‑ Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti19-21, 32, 33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1199/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Goya Importaciones y Distribuciones, SL u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva 4 OUT Living għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Goya Importaciones y Distribuciones, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva Spanjola Living & Co (Nru 2604969) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 18, 21, 25, 34 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.